Faccata Tal-Mahzen

Il-faċċata artistika tal-maħżen tal-Għaqda Armar Għajnsielem, li ġiet inawgurata uffiċjalment f’Awwissu tal-2025, inħadmet permezz ta’ kollaborazzjoni bejn diversi artisti, artiġjani u voluntiera. Id-disinn sar minn Joseph Cauchi, il-pittura minn Noel Debono, filwaqt li l-isfumar sar minn Ryan Stivala. Il-ħjata kienet f’idejn Alfred Bonniċi, ir-raġġieri nħadmu minn Joseph Saliba u l-brazzi minn Johnny Micallef. Ix-xogħol kollu fl-injam sar mill-voluntiera tal-Għaqda Armar Għajnsielem, li flimkien mal-membri tal-kumitat taw sehem importanti fit-twettiq u l-armar ta’ dan il-proġett. Il-faċċata tgħaqqad flimkien xogħol fl-injam u l-metall, pittura u drapp, u rċeviet ukoll rikonoxximent nazzjonali meta rebħet il-People’s Choice Award fil-kategorija tal-prodotti artiġjanali maħduma mill-għaqdiet tal-festi waqt il-Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2025.